Andrew Mangion u Kristijan Zekic, l-akkużati fil-każ tal-qtil ta’ Eleanor Mangion Walker sentejn ilu, inżammu taħt arrest wara akkużi ta’ serq waqt li kienu fuq bail.
Mangion ta’ 42 sena minn San Ġwann kien akkużat li seraq flus u oġġetti minn appartamenti f’San Ġiljan u Tas-Sliema.
Zekic ta’ 36 sena mill-Qawra kien akkużat ukoll b’żewġ serqiet fit-13 ta’ Settembru u fis-17 ta’ Diċembru tal-2015.
Huwa ġie mixli wkoll li l-Erbgħa waranofsinhar attakka u rreżista uffiċċjali tal-Pulizija fil-Qawra.
Iż-żewġ akkużati wieġbu mhux ħatja u ser jinżammu taħt arrest.