Il-forzi Iraqini nedew offensiva biex jirkupraw Rawa, l-aħħar belt ikkontrollata mill-hekk imsejjaħ Stat Islamiku.
Din il-belt, u ftit żoni żgħar ta’ art oħrajn, huwa dak kollu li baqa’ taħt il-kontroll tal-militanti fl-Iraq, wara li l-akbar belt ta’ al-Qaim waqgħet il-ġimgħa li għaddiet.
L-aħħar fortizza urbana tal-grupp militari estremist, Albu Kamal, waqgħet ftit wara.
Jekk din l-operazzjoni tkun suċċess l-Istat Iżlamiku jkun f’xifer ta’ telfa sħiħa fl-Iran.
Il-Kmand tal-Operazzjonijiet Konġunti qal fi stqarrija li żewġ diviżjonijiet ta’ suldati Iraqini u kif ukoll forzi tribali Sunni kienu qed jiġu appoġġati minn “ajruplani tal-gwerra”.
Rawa kienet waħda minn numru ta’ bliet miż-żewġ naħat tal-fruntiera bejn l-Iraq u s-Sirja li kienet parti mill-“Provinċja ta’ Eufrates”, maħluqa u użata mill-grupp militari estremist biex jittrasferixxi ġellieda, armi u merkanzija bejn iż-żewġ pajjiżi.