L-Iranjani qed jivvutaw biex jeleġġu President ġdid, bil-kandidati kollha mill-erbgħa ħlief wieħed li se jieħdu post Hassan Rouhani huma meqjusa bħala hardliners, jiġifieri konservattivi u jirrifjutaw milli jwettqu xi tip ta’ bidliet.
strStħarriġ tal-opinjoni pubblika jissuġġerixxu li l-konservattiv Ebrahim Raisi huwa l-favorit li jieħu t-tmun tal-pajjiż u l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Abdolnasser Hemmati r-rivali tiegħu.
Fost l-Iranjani hemm skuntentizza kbira għas-sitwazzjoni ekonomika fil-pajjiż, wara li l-Istati Uniti abbandunaw ftehim nukleari mal-Iran tliet snin ilu u reġgħu daħħlu numru ta’ sanzjonijiet.