L-Iran qal li wettaq b’suċċess test fuq missila li tivjaġġa distanza medja. Dan bi sfida diretta lejn il-President tal-Istati Uniti Donald Trump.
It-tluq tal-missila, li għandha distanza ta’ elfejn kilometru, intwera fuq l-istazzjoni televiżiv tal-istat. Għadu mhux magħruf meta sar eżatt it-test.
Fil-jum tat-Tlieta, Trump ikkritika l-programm tal-missili tal-Iran u l-ftehim nukleari li sar fl-elfejn u ħmistax mal-istess pajjiż.
Fil-jum tal-Ġimgħa, il-President tal-Iran qal li pajjiżu se jżied is-saħħa militari bħala deterrent.