L-Awtoritajiet Iranjani qegħdin jagħtu ħjiel ċar tad-determinazzjoni li għandhom sabiex jinforzaw ir-regoli rigward l-ilbies mandatorju tal-hijab fuq in-nisa.
Din l-aħbar toħroġ fil-beraħ wara xhur ta’ protesti li l-għan tagħhom huwa li jwaqqfu dawn ir-regoli.
Membru parlamentari Iranjan għamel ultimatum lill-ġudikatura u qalilhom biex joħorġu b’miżuri li jwaqqfu lin-nisa milli jinjoraw ir-regoli.
Il-protesti li bdew madwar l-Iran f’Settembru li għadda sabu reżistenza qawwija.
Minkejja dan, diversi nisa jibqgħu jinjoraw ir-regoli dwar l-ilbies ta’ hijab b’mod mandatorju.