Id-Dipartiment tal-Ġustizzja Amerikan tenna li erba’ ċittadini Iranjani huma akkużati bi pjan ta’ ħtif fost oħrajn ta’ ġurnalista bbażata fi New York.
Minkejja li l-akkuża ma ssemmix min kien fil-mira ta’ dan il-pjan, il-ġurnalista mwielda l-Iran, Mas-ih Alin-egad, qalet li kienet hi.
Allegatament dan il-pjan kien jinkludi wkoll il-ħtif ta’ erba’ persuni oħra: persuni mir-Renju Unit u tlieta mil-Kanada.
Il-Prosekuturi qal li l-Gvern Iranjan ipprova jattira lill-ġurnalista f’pajjiż meqjus tat-tielet dinja sabiex jaħtafha u jeħodha fl-Iran. Saħansitra offra flus lill-qraba tagħha, li għadhom jgħixu fl-Iran biex jgħinu fil-ħtif, madanakollu huma rrifjutaw li jagħmlu dan.