Fl-Ahmed bin Ali Stadium, kellna l-ewwel logħba tal-ġurnata, fejn issa bdew jintlagħbu t-tieni sett ta’ logħbiet, mill-fażi tal-gruppi. Fi Grupp B, Wales affrontaw lil Iran, li kienu ferm differenti mill-ewwel logħba li kellhom kontra l-Ingilterra.
Mal-kwarta logħob l-Iran approffitaw minn indeċiżjoni fil-pussess tal-ballun għal Wales. Kien hawn li Ali Gholizadeh waħdu tefa’ fix-xibka, iżda r-referi kien korrett u bil-konferma tal-VAR rah li kien offside.
Fil-51 minuta l-Iran kienu ferm viċin li jmorru fil-vantaġġ, meta laqtu darbtejn il-lasta permezz ta’ Sardar Azmoun u Ali Gholizadeh.
L-Iran komplew jattakkaw, meta fil-71 minuta, Saeed Ezatolahi li ra lill-gowlkiper Wayne Hennessey isalva tajjeb f’corner.
Fl-84 minuta, kross min-naħa għall-oħra tal-pitch lejn Mehdi Taremi u ħareġ fuqu l-gowlkiper Hennessey sabiex kellhom impatt xejn komplimentuż. Ir-referi wera l-karta safra lejn Hennessey, iżda wara li ċċekkja l-VAR, huwa ħassarlu l-karta safra u minflok urih il-karta l-ħamra. Minħabba din it-tkeċċija, ħareġ Aaron Ramsey biex jagħmel il-wisa’ għall-gowlkiper sostitut Danny Ward.
Fit-tmien minuta tal-ħin miżjud, wasal l-ewwel gowl tal-Iran. Kollox beda minn clearance ħażina, il-ballun ġie f’saqajn Rouzbeh Cheshmi li sparra xutt minn barra l-kaxxa u l-ballun spiċċa fir-rokna tax-xibka.
Dan ma kienx biżżejjed, għaliex fl-aħħar ħinijiet Ramin Rezaeian għamilhom 2-0.
Illejla mill-istess grupp, fit-20:00, l-Ingilterra jilagħbu kontra l-Istati Uniti. Aktar qabel fis-14:00 minn Grupp A jilagħbu l-Qatar kontra s-Senegal u fil-17:00 l-Olanda mal-Ekwador.
Ritratt: AFP.