Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Iranjan qal illi l-Iran se jivvendika ruħu għall-attakk fuq impjant nukleari li jinsab taħt l-art.
Is-servizz sigriet Iżraeljan, il-Mossad, qed jiġi akkużat li wettaq dan l-attakk.
Fil-jum tal-Ħadd, uffiċjali Iranjani qalu li l-impjant f’Natanz kien fil-mira ta’ attakk terrorista.
Dan wara li inizjalment l-impjant ġarrab qtugħ fil-provvista tal-enerġija.
L-Iżrael ma tax kummenti dwar dan iżda l-midja qed tirrapporta sors li dan il-każ seta’ kien riżultat t’attakk virtwali mill-Iżrael.
Is-sorsi qalu li l-ħsara hija ferm ikbar minn dik li kienet irrapportata fl-Iran.
Fl-aħħar jiem l-Iżrael żied it-twissijiet tiegħu dwar il-programm nukleari tal-Iran.