Mexxejja Iranjani akkużaw lill-istati tal-Gulf li għandhom l-appoġġ tal-Istati Uniti li kienu l-moħħ wara l-attakk fuq parata militari li ħalla mejta ħamsa u għoxrin persuna, inkluż wild.
Il-Mexxej Suprem Ayatollah Ali Khamenei qal li l-pupazzi tal-Istati Uniti kienu qed jipprovaw joħoqlu l-insigurta fl-Iran.Aggressuri sparaw fuq truppi tal-Gwarda Revoluzzjonarja u uffiċjali fil-belt Ahvaz.
Iktar kmieni, grupp Għarbi anti-governattiv bl-isem Ahvaz National Resistance u l-Istat Iżlamiku t-tnejn li huma qalu li kienu l-moħħ wara l-attakk.
Madanakollu, l-ebda grupp ma pprovda evidenza li turi li verament kienu involuti.
Il-Ministru Iranjan għall-Affarijiet Barranin Javad Zarif weħħel f’terroristi li huma mħallsa minn reġim barrani, u qal li l-Iran qed iżomm responsabbli lil dawk li jappoġġjaw it-terrur reġjonali u l-mexxejja Amerikani tagħhom.