Uffiċjal militari tal-Iran qal li l-Iran huwa lest li jeqred kwalunkwe pajjiż li jattakka t-teritorju tiegħu, dan kien bħala twissija lill-Istati Uniti u lill-alleati tagħha. Dawn il-kummenti saru ftit wara li l-Istati Uniti ħabbret li se tibgħat truppi bħala appoġġ lill-Aranja Sawdija.
It-tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u l-Iran eskalaw minn mindu l-President Amerikan, Donald Trump, abbanduna l-ftehim li jillimitaw l-attivitajiet nukleari tal-Iran.