Vitals Global Healthcare ċaħdu allegazzjonijiet li saru kontra d-direttur Ram Tumuluri.
VGH ċaħdu kategorikament dak li ntqal fuq ċertu mezzi tax-xandir, speċifikament li Tumuluri huwa investigat fuq frodi jew li għandu każijiet pendenti b’rabta ma negozju li seta’ għamel fil-passat.
Fi stqarrija l-kumpanija qalet li twettaq investigazzjonijiet bir-reqqaa b’mod regolari fuq kull membru tal-eżekuttiv u diretturi tagħha. Sa llum, wara kull stħarriġ li sar dwar Tumuluri irriżulta li m’hemm xejn xi jqajjem suspetti, u li m’hemm xejn mill-allegazzjonijiet li qed jissemmew.
VGH temmen li qabel kull allegazzjoni toħroġ fil-pubbliku, għandu jkun hemm verifika tal-fatti, u mhux sempliċement ikunu ripetuti akkużi mhux sostanzjati minn sorsi li mhux ta’ min wieħed joqod fuqhom.
Tumuluri se jkompli jkollu rwol importanti bħala direttur fi ħdan l-organizazzjoni, jikkontribwixxi lejn it-tkabbir ta’ VGH u s-suċċess fil-qasam tas-saħħa.
VGH se tibqa’ iffokata fuq li tipprovdi servizz tas-saħħa li minnu jibbenefika l-poplu Malti u Għawdxi. Issa jikkonsidra dawn il-kwistjonijiet “kapitlu magħluq”.