Id-diskors ta’ Adrian Delia dalgħodu huwa konferma kif l-attakk tiegħu fuq l-investiment tal-grupp ta’ Corinthia huwa riżultat tal-ġlied bejn fazzjonijiet differenti fil-Partit Nazzjonalista. Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista.
Qal li hija ħasra li riżultat ta’ pika interna, il-Kap tal-Oppożizzjoni lest jipperikola l-investiment u dak li fil-pajjiż jista’ joħloq il-ġid. Il-PL qal li Delia ma ta ebda raġuni valida għaliex il-PN illum bidel ta’ taħt fuq pożizzjoni li ħa fl-2014 favur dan il-proġett anke jekk illum il-pajjiż ġab ftehim aħjar minn dakinhar.
Temm billi qal kif li tieħu deċiżjonijiet bħal dawn fuq pika interna bejn fazzjonijiet differenti mhux denju ta’ Kap tal-Oppożizzjoni.