L-investiment li jsir f’oqsma differenti ta’ xogħol bħala mod b’saħħtu kif jinħolqu l-opportunitajiet li bihom tkompli titjieb il-qagħda tal-ħaddiema.
Dan kien il-messaġġ tal-Prim Ministru, Robert Abela, meta ltaqa’ ma’ bosta ħaddiema waqt żjara fil-fabbrika tan-Nylon Knitting f’Ħal Qormi.
Dr Abela afferma mill-ġdid l-impenn tal-Gvern biex, bit-tkabbir ekonomiku li qed jesperjenza pajjiżna, jibqa’ jixpruna inċentivi favur aktar investiment li qed isir fi żmien ta’ prijoritajiet ġodda li għandha Malta, fosthom dawk ambjentali.
Irrimarka li, imbagħad, frott dak it-tkabbir inkomplu nsaħħu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema favur anki titjib fil-kwalità tal-ħajja.
Il-Prim Ministru nnota l-aħħar investiment li għamlet din il-kumpanija fl-aħħar snin fejn, għal din is-sena, l-investiment mill-kumpanija mistenni jaqbeż iż-€2 miljun. Dan jikkonsisti fost oħrajn f’installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajiċi biex l-operat tal-fabbrika juża wkoll enerġija rinovabbli. Dan qed isir bħala parti minn investiment massiċċ f’operat sostenibbli u ambjentali.
Il-General Manager, Daniele Cortinovis, spjega kif il-kumpanija, li issa ilha bbażata f’Malta għal kważi sittin sena bi produzzjoni tal-ħjata tan-nylon u d-drapp, tħaddem qrib il-mitejn u ħamsin ruħ. Sitta u tmenin fil-mija tal-ħaddiema huma Maltin.
“We are giving more importance, nowadays, because we believe in employees, we have experience with our employees, years ago as machine operators and then, with time, experience and obviously training, they became supervisors, others head of department, and we have plenty of that kind of experience.”
Ġie spjegat ukoll li l-kumpanija qed tkompli anki ssaħħaħ l-esportazzjoni tal-prodott tagħha f’Malta lejn swieq internazzjonali, primarjament fl-Ewropa, kif spjega l-Quality Manager ta’ din il-kumpanija.
“Il-kumpanija offrietli diversi opportunitajiet biex nikber u niżviluppa l-iskills tiegħi, u dawn l-opportunitajiet kienu kemm lokalment u kemm barra minn xtutna, fejn għenuni ħafna nikber u niżviluppa l-iskills fl-irwol li għandi bħalissa.”
Jakkumpanja lill-Prim Ministru kien hemm is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, Andy Ellu