L-investiment dirett barrani f’Malta matul is-sena li għaddiet żdied bi tlett elef u erba’ mitt miljun ewro skont ċifri tal-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Dan fisser €353 miljun aktar meta mqabbel mal-2017.
L-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika żied jgħid li sa Diċembru li għadda, l-Investiment Dirett Barrani f’Malta laħaq kważi €181 biljun waqt li l-Investiment tal-Maltin f’pajjiżi oħrajn kien jammonta għal €61 biljun.
L-uffiċċju tal-istatistika kompla jirrapporta li ftit aktar minn 97% tal-Investiment Dirett Barrani f’Malta ġew mis-servizzi finanzjarji u mill-qasam tal-assigurazzjoni.