Ċifri tal-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li matul is-sena li għaddiet, l-Investiment Dirett Barrani f’Malta żdied b’€8,300 miljun.
L-istatistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li sa Diċembru li għadda, l-Investiment Dirett Barrani f’Malta kien jilħaq kważi l-€170 biljun ewro.
L-uffiċċju tal-istatistika qal li matul dan il-perjodu, 98 fil-mija ta’ dan l-investiment huwa tal-kumpaniji tal-assikurazzjoni u tas-servizzi finanzjarji. Dan kien segwit minn investiment fil-qasam tal-manifattura, trasport u akkomodazzjoni.
Iċ-ċifri tal-NSO juru wkoll li l-investiment minn kumpaniji Maltin barra minn pajjiżna naqas b’€6.3 biljun u kien kważi €62 biljun.