Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Partit Nazzjonalista u Simon Busuttil ma baqagħlhomx żejt f’wiċċhom. L-investigazzjoni hija dwar il-ksur tal-liġi permezz ta’ donazzjonijiet illegali, b’invoices foloz u li ma għandu xejn x’juri għalihom.
Il-PL qal li l-attakk ta’ disprament li qabdu l-Partit Nazzjonalista beda jivvinta l-każijiet fuq il-Partit Laburista li qed jimxi pass pass mal-istruzzjonijiet tal-Kummissjoni Elettorali stess.
L-istqarrija kompliet billi qalet li Simon Busuttil jitkellem mod għal wiċċ in-nies, imbagħad jiffinanzja lill-Partit tiegħu b’mod illegali. L-unika wieħed li għandu xi jwieġeb huwa Simon Busuttil inniffsu għall-governanza ħażina li biha qed imexxi fil-partit tiegħu stess.
Il-PL temm billi qal li t-tattiċi li qed juża l-Partit Nazzjonalista huma tattiċi li jikkonfermaw Simon Busuttil falz.