L-intrapriżi Maltin kienu l-iżjed li bdew jew żiedu l-isforzi tagħhom sabiex ibigħu jew jagħtu servizzi online matul is-sena tal-pandemija, fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Dan ħareġ minn statistika maħruġa mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat.
Dan hekk kif fl-elfejn u għoxrin, l-intrapriżi Maltin kellhom żieda ta’ tnejn u tletin fil-mija fil-bejgħ u servizzi b’mod online.
Hawnhekk pajjiżna qabeż il-medja tal-Unjoni Ewropea sew. Dan hekk kif il-medja tal-Unjoni Ewropea hija ta’ tnax fil-mija.
Wara Malta jsegwu Ċipru b’disgħa fil-mija inqas mir-rata ta’ pajjiżna u jsegwu warajhom hemm il-Portugall u l-Iżvezja.
Dan filwaqt li l-inqas pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li kellhom l-inqas żieda kienu l-Islovenja, il-Polonja u l-Ġermanja.