Interpol eleġiet President lil Kim Jong-yang mill-Korea t’ Isfel, u b’hekk irrifjutat lil kandidat Russu li kien akkużat li abbuża s-sistema tal-mandat t’ arrest tal-pulizija internazzjonali.
Kim intgħażel mill-194 stat membru tal-Interpol waqt il-Kungress Annwali f’Dubaj.
Huwa għeleb lir-Russu Alexander Prokopchuk, li kien qed jissemma li se jkun hu r-rebbieħ.
Madanakollu kien hemm tħassib li r-Russu se juża dan l-iwrol biex jindirizza kritiċi tal-President Russu Vladimir Putin.
Il-kapitali Russa wieġbet lura u ddeskiriviet il-kampanja bħala waħda li hija mmirata biex tiskredita l-kandidat Russu.