F’kollegament ma’ ONE News, Pavel Palazhchenko, li għal għexieren ta’ snin kien l-interpretu ta’ livell għoli ta’ Mikhail Gorbachev u li baqa’ sal-aħħar bħala l-assistent ewlieni tiegħu, jagħti dettalji dwar l-aħħar tħejjijiet għall-funeral tal-eks mexxej Sovjetiku, li se jsir għada s-Sibt. Bħalissa, Palazhchenko qed jaħdem flimkien mal-familja ta’ Gorbachev u mal-Gvern Russu fuq l-organizzazzjoni tal-funeral.
Gorbachev miet nhar it-Tlieta fl-għomor ta’ 91 sena. Il-funeral se jsir fis-Sala tal-Kolonni fil-Palazz tal-Unjins f’Moska, l-istess lok fejn saru l-funerali ta’ mexxejja Sovjetiċi oħrajn bħal Vladimir Lenin, Josef Stalin, u Leonid Brezhnev.
Gorbachev se jindifen fiċ-ċimiterju ta’ Novodevichy, ħdejn martu Raissa, li mietet fl-1999. F’dan il-midfen hemm ukoll bosta politiċi kbar, intellettwali, poeti, u membri tal-familja rjali.
Ritratt: Reuters