L-internet u l-lukandiera kienu diskussi ftit tal-ħin ilu mill-Ministru Edward Zammit Lewis.
Issemmew każijiet fejn propjetajiet residenzjali jintużaw għal skopijiet turistiċi u kummerċjali, mingħajr ma tinkiseb liċenzja skont kif titlob il-liġi.
Il-Ministru spjega li l-liċenzja hija essenzjali sabiex ikun żgurat li ma jiġi mpjegat ħadd b’mod illeċtu u sabiex ikunu żgurati s-saħħa u s-sigurta’ tal-ħaddiema.
Stqarr li l-Gvern bħalissa qiegħed jiġbor informazzjoni rilevanti sabiex isir aktar konxju ta’ dak li qed ikun offrut online. Hemm ħsieb li sal-aħħar ta’ din is-sena jitfassal mudell ġdid ta’ kif jingħataw liċenzji – mudell aġġornat għaż-żminijiet tal-llum.
L-opportunitajiet u sfidi għas-settur turistiku Malti qed ikunu indirizzati waqt konferenza bl-isem ‘The Sharing Economy – Opportunities and Threats for Malta’s Tourism Industry’, organizzata mill-Tourism Student’s Association.
Innota li filwaqt li l-internet kapaċi jressaq lukandiera u l-klijenti tagħhom lejn xulxin, jeħtieġ ukoll li jkunu regolati servizzi offruti online. Illum-il ġurnata ħafna mill-prenotazzjonijiet u s-servizzi jsiru jew jinxtraw online.