Il-bniedem, di natura, huwa affaxxinat bil-passat. Sew jekk storja ta’ pajjiżu, għajdut ta’ dati, jew xi rakkont tal-qraba li jieħu lil dak li jkun lura fiż-żmien.
Dan l-interess għall-passat jiġġenera eluf ta’ ewro fl-industrija tal-festini tal-mużika b’temi tal-passat.
Skont is-Soċjologa Maria Brown, it-tendenzi li nigglorifikaw il-passat huma parti mill-istint tagħna.
Brown qalet “Għaliex meta wieħed imur lura l-passat jifhem aktar l-għeruq tiegħu. U dawn ituna sens ta’ identità. Waqt li qed nigglorifikaw din is-sens ta’ identità qed nigglorifikaw lilna nfusna, jiġifieri hija boost għas-self esteem, biex ngħiduha f’terminoloġija user friendly.”
Din it-teorija soċjoloġika timmanifesta ruħha fil-mod kif ċertu festini jew attivitajiet soċjali b’temi tal-passat jirnexxielhom ibigħu il-biljetti f’temp ta’ sigħat.
Qalet li “Jekk jiena 20 sena wara għandi ċans, tieqa żgħira li għal ftit żmien nidħol f’dik l-era nerġa, se jkolli inċentiv biex dik il-ħaġa nerġa’ ngawdiha.”
Dr Brown qalet li l-imħabba speċjali għall-passat timmanifesta ruħha wkoll fil-mod kif aħna nżommu r-ritratti, fil-monumenti li nagħmlu madwar pajjiżna, u anke l-famuża ten year challenge li kellna ftit ilu.
Brown qalet li “Peress li l-passat itina sens ta’ identità u sens ta’ tifsira, diffiċli ma jkollniex avvenimenti jew tradizzjonijiet li ma jorbtuniex mal-passat.”
Tijorija soċjoloġika li żgur se tinżel tajjeb mal-organizzaturi tal-festini tal-mużika ta’ xi deċenju fil-passat!