Vladimir Putin qed iħejji għal gwerra twila fl-Ukrajna, li anki jekk issir rebħa fil-Lvant, potenzjalment xorta ma jintemmx il-kunflitt.
Dan wissietu l-Aġenzija tal-Intelliġenza Amerikana, fi sfond li intensifika l-ġlied qalil fil-Lvant tal-Ukrajna, fejn ir-Russja qed tipprova tieħu t-territorju.
Mill-ġdid, Moska ffukat it-truppi tagħha fuq il-kisba tar-reġjun ta’ Donbas wara li l-Ukrajna rreżistiet it-tentattivi biex tieħu l-kapitali, Kiev.
Id-Direttur tal-Intelliġenza Nazzjonali qalet li Putin għandu intenzjonijiet li jmorru lil hinn mir-reġjun ta’ Donbas, iżda qed jaffaċċja xkiel bejn l-ambizzjonijiet tiegħu u l-kapaċitajiet attwali tal-militar Russu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI