Il-fondazzjoni Inspire kkundannat il-meme li sar ilbieraħ, meme li saret minn xi persuni li fiha għamlu lill-Prim Ministru b’wiċċ ta’ tifel vulnerabbli li għandu bżonnijiet speċjali.
“F’isem il-klijenti tagħna u l-familjari tagħhom kif ukoll il-komunità ta’ persuni b’diżabbiltà nikkundannaw din il-meme xejn pjaċevoli u derogattiva li qed tiġi mxerrda fuq facebook.”
Il-Fondazzjoni qalet li jintużaw tfal bi bżonnijiet speċjali f’messaġġi politiċi hija xi ħaġa insensittiva u orribbli. Minkejja li l-paġna ta’ facebook li xerrdet din il-meme ngħalqet, l-Inspire appellat lill-pubbliku biex ma jxerrdux aktar din il-meme.