Id-deputat Toni Bezzina, taħt paniku, ppubblika ritratt li jikkonferma eżatt l-istorja tal-gazzetta Kullhadd. Jekk Bezzina jgħid li ħajt huwa xi forma ta’ kamra, allura veru ikun qed jemmen il-gideb tiegħu stess.
Il-każ huwa ċar. Fl-istess waqt li kien qed jikteb il-proposti ambjentali tal-Oppożizzjoni u jgħid li m’għandux isir żvilupp fuq art ODZ, Toni Bezzina kien qed japplika fuq isem martu biex jibni villa propju fuq art ODZ. Bezzina ipprova jippreżentaha bħala restawr biex ma jagħtiex fil-għajn, u fil-fatt l-għaqda ambjentali Din l-Art Ħelwa fissret l-applikazzjoni tiegħu bħala qarrieqa.
Imbagħad ipprova jivvinta li kien hemm kamra ta’ 31 metru kwadru fid-daħla tal-art, sempliċiment għax kien jaf li mingħajra l-applikazzjoni tiegħu lanqas kienet tibda.
Bezzina issa għamel libell. L-istess kif kien għamel meta ffroda dikjarazzjoni ta’ ħaddiema li jaqgħu taħtu. Liema libell tilef. Għalhekk Bezzina huwa l-inqas persuna li jitwemmen meta jagħmel libell.
Kif kiteb dikjarazzjoni għall-ħaddiema tiegħu u sfurzahom jiffirma, issa qed joħroġ biċ-ċar li anke applikazzjoni tiegħu fuq l-ODZ ipprova jimmanipula, f’sinjal ta’ applikazzjoni li possibbilment hija frawdolenti.
Issa Busuttil għandu test quddiemu. Jew jemmen il-fatti ppubblikati u oħrajn li għad fadal joħorġu, jew jerġa’ jemmen lill-istess deputat li nqabad diġa’ jiffroda stqarrija ġuramentata.