Fit-tielet kwart tas-sena li għaddiet il-gvern kellu defiċit ta’ żewġ miljun ewro biss.
Dan ikkonfermah l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fi statistika ppubblikata dalgħodu. B’hekk reġa’ kien hemm tnaqqis fuq l-2015 meta f’dan il-perjodu kien hemm defiċit ta’ €20 miljun.
Jirriżulta li fl-istess perjodu fl-2012 kien irreġistrat defiċit ta’ €50 miljun. It-tnaqqis fid-defiċit seħħ għax id-dħul tal-Gvern għola bi 7.5%. Ta’ min jinnota li minkejja t-tnaqqis ripettut fl-income tax, fit-tielet kwart tal-2016 l-Gvern kellu dħul ta’ €324 miljun minn taxxi fuq dħul. Dan huwa €108 miljun aktar mill-istess żmien fl-aħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti.