Bħalissa hemm l-inqas ammont ta’ persuni li hemm fuq l-lista ta’ stennija għall-akkomodazzjoni soċjali fi kważi għoxrin sena.
Ftit aktar minn elfejn u sitt mitt persuna qegħdin fuq il-lista ta’ stennija tal-akkomodazzjoni soċjali.
Dan huwa l-inqas ammont ta’ persuni sa mill-elfejn u wieħed.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-djar Leonid Mckay esprima s-sodisfazzjoni tiegħu li l-ħidma tal-Gvern f’dan il-qasam qed tħalli l-frott u fakkar fil-mod kif il-Gvern qed jibni appartamenti ġodda.
Is-Sur Mckay stqarr: “Ta’ sodisfazzjon li qed nindirizzaw il-lista ta’ stennija. Mhux biss nibnu l-istock u nibnu aktar appartamenti ġodda.”
Semma kif l-Awtorità qed timbotta skema biex aktar nies isiru sidien ta’ djarhom filwaqt li l-akkomodazzjoni soċjali tasal verament min għandu bżonn.
Is-Sur Mckay sosnta: “Ngħinuhom isiru sidien ta’ darhom. Inġibu ukoll stock bil-privat, biex kull familja issir sid ta’ darha.”