Waqt it-tnedija tal-viżjoni ekonomika għal pajjiżna għad-deċenju li jmiss, il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri saħaq li lil hinn mill-għan li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies, din il-viżjoni trid trawwem ukoll mentalità ġdida fejn jidħol it-tfassil tal-politika.
Fl-istess waqt, il-viżjoni se tpoġġi l-innovazzjoni u l-kisbiet tanġibbli fiċ-ċentru tat-tkabbir ekonomiku li kapaċi jindirizzaw l-isfidi emerġenti.
Il-Ministru tenna l-importanza li nieħdu vantaġġ mix-xejriet futuri li nisslet il-pandemija, bħad-diġitalizzazzjoni u x-xogħol mid-dar, li jipprovdu bażi b’saħħitha biex tkompli tikber l-ekonomija.
Huwa qal, “Issa mil-lum ħa nibda wkoll eżerċizzju fejn se ssir diskussjoni mal-Ministeri kollha ta’ dan il-pajjiż kif ukoll mal-istakeholders dawk li jħaddmu u dawk li jirrapreżentaw lill-ħaddiema soċjali oħra sabiex naraw li nibnu dan il-pajjiż aħjar, iktar b’saħħtu u li jkun iktar compassionate.”
Iċ-Chairman tal-MIMCOL, Adrian Said, qal li dan l-eżerċizzju ta’ konsultazzjoni pubblika huwa l-ewwel tat-tip tiegħu f’pajjiżna.
Innota li diversi pajjiżi kellhom viżjoni, imma dawk li rnexxew kellhom mira ċara ta’ fejn iridu jmorru u involvew lil kulħadd.
Said stqarr: “Visions have been adopted by a number of countries around the world in the past and the ones that had a very crystal clear vision managed to unite their citizens in order to achieve economic success as well as prosperity and we believe that through the initiation of this exercise, Malta is going to succeed to do the same, not to look at the past but to look at the future.”
Il-proċess ta’ konsultazzjoni qed jitmexxa mill-Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija, u d-dokument jinsab fuq is-sit elettroniku tal-MIMCOL.