L-inkjesta li saret mill-Maġistrat Aaron Bugeja kkonkludiet li d-dikjarazzjonijiet li tressqu quddiemu kienu iffalsifika.
Fl-inkjesta ngħad li min għamel dawn id-dikjarazzjonijiet kellu aċċess għall-informazzjoni b’referenza għal Egrant, Joseph Muscat u Michelle Muscat fost oħra. Qal li l-informazzjoni li tinstab faċilment fuq l-internet u dettalji oħra dwar il-kumpaniji involuti setgħu wkoll jinstabu minn fuq il-website tal-ICIJ jew saħansitra permezz ta’ tfittxija fuq Google.
L-inkjesta qalet li ladarba rriżulta sodisfaċentament li dawn id-dikjarazzjonijiet kienu ffalsifkati, dawn ma jistax jitqiesu li jikkostitwixxu prova skont il-liġi.
Fil-fatt l-esperti jikkonkldu li ma sabu xejn li juri li mart il-Prim Minsitru Michelle Muscatma kellha x’taqsam ma’ Egrant kemm personalment jew permezz tal-kumpaniji li seta’ kellha.
We have found nothing in the digital data to suggest that Mrs Michelle Muscat,, either personally or through companies she may own, had anything to do with Egrant.
Saħansitra żiedu jgħidu li ma kien hemm xejn x’juri li qatt ma kien xi kont bankarju miftuħ f’isem il-kumpanija Egrant.
Ma rriżultax lanqas li fil-bank pilatus kien hemm xi kont bankarju miftuħ għal Egrant għal Prim Ministru Joseph Muscat jew għal martu jew membri tal-familja tagħhom. Lanqas ma rriżulta li Egrant kellha kont bankarju miftuħ, magħluq jew pendenti mal-Bank Pilatus.