Ir-rapport ta’ inkjesta dwar il-każ Capital One mistenni jkun ippubblikat fil-jiem li ġejjin.
Meta mistoqsi mill-ġurnalisti, il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li l-intenzjoni hi li jippubblikah mal-ewwel possibilità, hekk kif qiegħed jistenna xi pariri dwar il-każ. Dan għaliex l-investigazzjoni tolqot direttament istituzzjonijiet importanti f’pajjiżna.
Fil-każ Capital One jissemma’ l-Viċi Kap Nazzjonalista Beppe Fenech Adami. Dan peress li kien direttur tal-kumpanija fiduċjarja Baltimore fiduciary li kienet tirrappreżenta Capital One. Meta l-pulizija Olandiża kienet qed tinvesta l-każ fuq allegat ta’ ħasil ta’ flus, l-investigazzjoni f’pajjiżna waqqfet malli ssemma isem Beppe Fenech Adami.
Intant Beppe Fenech Adami kien fost dawk imsejħa jidhru quddiem il-Kumitat tal-PANA li kien hawn f’pajjiżna l-ġimgħa li għaddiet.
Każ li issa għadda għand il-Europol: l-Aġenzija Ewropea għall-Koperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi.