Il-bord tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia qed jaħseb li jikkonkludi l-inkjesta sal-15 ta’ Lulju li ġej.
Il-bord tal-inkjesta hu magħmul mill-Imħallef Emeritu Dr Michael Mallia, l-Imħallef Emeritu Dr Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro.
Il-bord tal-inkjesta qal dan fi stqarrija fejn ippubblika d-digriet.