L-iskema li nieda l-Gvern riċentament, is-Seed investment Scheme qed tintlaqa’ tajjeb mis-suq. L-interess għal din l-iskema qed ikompli jiżdied u fiż-żmien li ġej se jkollna kumpaniji li bis-saħħa ta’ din l-iskema se jkunu sabu aċċess għall-finanzjament.
Dan spjegah il-Ministru Chris Cardona fi żjara li għamel lill-kumpanija MCL components, li fi kliem il-Ministru hija eżempju għall-kumpanija imprenditorjali oħra. Dan għaliex il-kumpanija f’erbà snin it-tmexxija ta’ din il-kumpanija użaw skemi ta’ Malta Enterprise u kkollaboraw ma’ Malta Industrial Park biex illum qed joperaw negozju b’domanda kbira u jimpjegaw mal-ħamsin ruħ.
Fid-diskors tiegħu l-Ministru Cardona ħabbar li din is-sena se jkun qed issir il-Follow the Entrepreneur Investor Summit, konferenza li mistennija ġġib lejn Malta minn ta’ l-anqas 200 persuna high net worth, fund managers u investituri. Matul dan is-summit l-investituri se jkunu jistgħu jara x’opportunitajiet joffri pajjiżna.
Kif mħabbar ukoll fl-aħħar Baġit, se jiġi żviluppatt accelerator mill-MIMCOL, li se jgħin biex aktar nies, b’mod partikolari żgħażagħ, jiżviluppaw l-ideat innovattivi tagħhom u jsibu l-għajnuna kollha, inkluż aċċess għall-networks barranin, biex ikabbru l kumpaniji tagħhom
“L-għan ta’ dan il-Gvern jibqa’ li jiffaċilita’ t-tkabbir ekonomiku, l-investiment u l-inizjattiva ta’ dawk li għandhom l-ideat u l-kapaċita’ li jwettquhom. Kif ukoll li nibnu klima ekonomika fejn dawk li għandhom il-kuraġġ joħolmu, isibu l-għajnuna li għandhom bżonn, il-klima li tħajjar investiment u jistgħu jistabillixu ruħhom u jikbru,” qal il-Ministru.
Matul din il-leġiżlatura pajjiżna esperjenza, fost oħrajn, żieda ta’ tmien ażjendi kuljum, Rekord fl- importazzjoni għall-investiment; Żieda fl-esportazzjoni industrijali; żieda fil-bejgħ mill-ħwienet u Rekord fl-importazzjoni għall-konsum privat.