Minn April li ġejjin madwar 11-il miljun klijent fir-Renju Unit se jaraw żieda ta’ aktar minn 120 ewro fil-kontijiet tal-enerġija tagħhom.
Dan ħabbritu l-aġenzija regolatorja tal-enerġija fir-Renju Unit, li spjegat kif minn xahrejn oħra l-limitu tal-prezz fuq il-kontijiet tal-enerġija se jkun qed jiżdied b’10% minn dak eżistenti.
L-aġenzija spjegat kif kienet kostretta tagħmel din iż-żieda minħabba prezzijiet dejjem jogħlew tal-gass madwar id-dinja.