L-Ingilterra kwalfikaw għal kwarti finali tat-Tazza tad-Dinja Qatar 2022 meta l-Ħadd filgħaxija rebħu 3 – 0 kontra s-Senegal fl-Al Bayt Stadium.
It-tim Ingliż prattikament iddominaw l-partita kollha u meritatament rebħu l-konfront.
Kien Jordan Henderson li poġġa lill-Ingilterra fil-vantaġġ fil-38 minuta fejn wara li rċieva mingħand Bellingham b’xutt mill-ewwel ma falliex. Eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima, preċiżament fil-48 minuta, l-captain tat-tim Ingliż Harry Kane sab ix-xibka għal ewwel darba f’din il-fażi biex l-Ingliżi daħlu jistrieħu 2 – 0 fil-vantaġġ.
Is-Senegal ma’ wettqu ebda tip ta’ reazzjoni fit-tieni 45 minuta anzi kienu l-Ingliżi li reġaw sabu x-xibka din id-darba permezz tal-plejer ta’ Arsenal Bukaya Saka fil-57 minuta.
Minn hemm il-quddiem il-partita kienet mirbuħa u mitlufa bl-Ingilttera issa tilgħab kontra Franza fil-kwarti finali nhar is-Sibt li ġej.
Ritratt: The Telegraph