Fl-2014 f’Malta ingħataw 314 –il ċittadinanza lill-persuni ta’ nazzjonalita barranija u kienu l-Ingliżi l-iktar li kisbu ċ-ċittadinanza Maltija.
Fil-fatt 29.6% minn dawn kienu ġejjin mir-Renju Unit, segwiti mit-Taljani b’10.2% u r-Russi 7%. B’kollox, 52% ta’ dawk li kisbu ċ-ċittadinanza Maltija kienu ġejjin minn pajjiż tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li 47% le.
Fl-Unjoni Ewropea kollha ingħataw tmien mija disgħa u tmenin elf ċittadinanza b’10.4% jkunu għal ċittadini mill-Marokk, 4.6% għall-ċittadini mill-Albanija u 4.2% għal ċittadini mit-Turkija.