Eluf qed jinġabru fiċ-ċentru ta’ Londra biex isejħu għat-tieni referendum, hekk kif il-membri parlamentari Ingliżi qed ifittxu triq biex ikun indirizzat l-istaġnar li ġab miegħu Brexit.
Id-demostraturi mill-kampanja “Put It To The People” se jimxu minn Park Lane għall-pjazza tal-parlament, u wara jipparteċipaw f’rally quddiem il-parlament.
Dan qed iseħħ wara li l-Unjoni Ewropea qabblet li tipposponi t-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru, Theresa May qalet li se tħassar il-pjanijiet li għandha, għal vot ieħor fuq il-ftehim tagħha ta’ Brexit jekk ma jkunx hemm biżżejjed membri parlamentari li jappoġġawha.