Ir-rabja tat-tim nazzjonali Ingliż, li ftit tax-xhur ilu dabbar ċamata fl-EURO 2016, waslet biex l-FA Ingliża raħset il-prezzijiet għal-logħba kontra Malta fit-8 ta’ Ottubru.
Meta ftit tal-ġimgħat ilu ħarġu l-prezzijiet il-midja soċjali kienet mimlija b’partitarji xejn sodisfatti u li qalu li mhux lesti jħallsu biex jaraw lil min tant iddiżapuntahom ftit tal-ġimgħat ilu. Iżda issa jaf għandhom raġuni biex imorru jaraw lit-tim tagħhom jilgħab kontra pajjiżna.
F’Wembley mistenni jkun hemm numru sabiħ ta’ Maltin u l-MFA qalet li dawk li diġa’ xtraw mingħandha bil-prezz għoli se jingħataw rifużjoni.
Għall-biljetti, wieħed jista’ jżur dan is-sit: