It-tim nazzjonali Ingliż ikkundanna l-abbuż razzjali li sofrew il-plejers Ingliżi waqt l-logħba tal-Ħamis filgħaxija kontra l-Ungerija.
Fil-mira tal-partitarji Ungeriżi kien hemm il-plejers Ingliżi Raheem Sterling u Jude Bellingham.
Mill-bidu tal-partita, wieħed seta’ jara dan l-abbuż razzjali, hekk kif il-plejers Ingliżi ġew ibbuwjati.
Il-UEFA kienet ordnat it-tim Ungeriż sabiex jilgħab tliet logħbiet bil-bibien magħluqa wara li kellhom imġieba simili matul l-EURO 2020.
Iżda l-partita tal-Ħamis filgħaxija kienet valida mill-Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2022 u allura din taqa’ taħt il-FIFA.
Din il-logħba spiċċat 4-0 favur it-tim Ingliż.