Fuq it-Times Online hemm xi erba’ jippontifikaw li l-Gvern huwa dittatur għax neħħa n-niċċa ta’ Daphne Caruana Galizia minn fuq il-monument li għal aktar minn seklu ma kienx tagħha. U kien hemm xi professur jew tnejn, li jippretenduha li huma awtorità fuq id-demokrazija.
Mela fl-Ingilterra, grupp tal-Green Peace iddeċieda li jagħmel dimostrazzjoni fuq monumenti minħabba t-tniġġis tal-arja. Għamlu maskri fuq l-uċuh ta’ statwi f’Londra, u tnejn minnhom ixxabbtu u telgħu sa fuq il-kolonna ta’ Nelson fi Trafalgar Square, u għamlulu maskra wkoll.
Fil-fatt ma’ Londra kollha arrestaw 8 persuni, u dan ġabu l-aħbar il-BBC. Jekk hawn min ma riedx jemmen, imur ifittex fuq l-internet il-BBC tat-18 ta’ April, 2016. Emmnuni, jien ħsibt li l-pulizija arrestaw dak il-ħin, u mbagħad ħallew kollox imur mar-riħ.
Nerġa’ ngħid dawn kienu qed jagħmlu dimostrazzjoni paċifika kontra t-tniġġis tal-arja u kontra min hu responsabbli. Naħseb li kulħadd jaqbel li ċ-ċittadini għandhom id-dritt tal-espressjoni u għandhom dritt li jgħidu kif jaħsbuha fuq suġġett bħal dan. Ma kienu qed joffendu u jagħmlu ħsara lil ħadd, anzi kienu qed jippruvaw jagħmlu ftit ġid bl-arja aktar nadifa..
Imma ma kienx kif ħsibt jien li l-pulizija arrestaw lil dawk it-8, imbagħad telquhom u nsew kollox.
Fis-16 ta’ Novembru, 2016, tressqu quddiem il-Qorti tal-Maġistrati ta’ Westminster, u weħlu. Anzi jirringrazzjaw lill-Maġistrat li ffrankaw il-ħabs.
Biex ngib preċiż mill-BBC: “At Westminster Magistrates’ Court they were each given a six-month conditional discharge and ordered to pay costs of £85, and a victim surcharge of £30. Compensation of £6,262 each would be paid for by Greenpeace, the court heard.
The defendants also caused damage to the 165ft (50m) granite and bronze Grade I-listed statue’s vertical lightning conductor and its fixings by running their climbing equipment through it.
And they flattened spikes intended to deter pigeons from settling on the statue.
Sentencing the pair, chairman of the bench Mike Snow said: “The defendants are both skilled climbers who, I accept, did not intend to cause damage.
Dan ifisser li l-monumenti m’għandhomx jintmessu. U dan f’pajjiz li naħseb jitqies demokratiku.