Wara stħarriġ konġunt bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u Cambridge English, it-tagħlim tal-Ingliż bħala lingwa fl-edukazzjoni obbligatorja mistenni jissaħħaħ biex l-istudenti lokali ikollhom għarfien mistħoqq ta’ waħda miż-żewġ lingwi uffiċjali ta’ pajjiżna.
Id-Direttur Ġenerali tal-istandards fl-Edukazzjoni, Ian Mifsud, iddikjara dan f’intervista ma’ ONE NEWS li fiha stqarr li għalkemm hemm bżonn ċertu titjib hemm oqsma fejn wieħed jista’ jkun sodisfatt. Waħda mill-konklużjonijiet innotati fir-rapport hija dik li fil-qari u l-kitba l-istudenti huma inqas kompetenti.
Il-kummenti ta’ Ian Mifsud fil-filmat.