L-Inġinier Robert Schembri huwa r-raġel ta’ 64 sena li tilef ħajtu wara li waqa’ madwar erba’ sulari f’bokka ta’ lift fi blokka ta’ appartamenti f’Tas-Sliema. Dan waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet lil xi familjari.
L-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni, il-BCA, qalet li hi maħsuda u mnikkta bl-aħbar li kien membru tal-Bord tal-Awtorità.
Hija tat il-kondoljanzi lill-familjari tal-Inġinier f’dan il-mument daqstant diffiċli.
Sadanittant, anki l-Ministru Ian Borg sellem il-memorja tal-Inġinier Schembri, f’kitba fuq il-midja soċjali.
Dr Borg qal li hu kien mutur wara t-tmexxija tal-Inġinier Fredrick Azzopardi f’diversi proġetti importanti f’pajjiżna: fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, l-Enemalta u Infrastructure Malta.
Sellmet ukoll il-memorja tal-Inġinier Schembri, l-aġenzija Infrastructure Malta, permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook.
Intqal li Schembri kien strumentali fit-twettiq ta’ bosta proġetti infrastrutturali li wettqet l-aġenzija fl-aħħar snin.
AQRA WKOLL: