L-Ingilterra se tinħakem minn ħafna silġ. Dan minħabba li n-niżla fit-temperatura se ġġib magħha ħafna rqajja ta’ silġ fit-toroq u l-bankini Brittanniċi.
Skont l-Uffiċċju Metereoloġiku tal-Ingilterra, dan se jseħħ min-nofsinhar tal-llum u se jagħmel l-ivjaġġar diffiċli speċjalment lejn it-Tramuntana tal-Iskozja u l-Lvant tal-Ingilterra. It-temperaturi se jkunu ta’ 6 gradi Celsius kemm għall-Iskozja kif ukoll għat-Tramuntana tal-Irlanda.
L-Ingilterra u Wales se jesperjenzaw temperaturi ta’ bejn it-8 u d-9 gradi Celsius.