Il-Gvern Ingliż neda konsultazzjoni pubblika sabiex jiġi diskuss jekk xarbiet rinomati li jagħtu l-enerġija għandhomx jibqgħu jinbiegħu lil tfal taħt it-tmintax-il sena. Dan qiegħed isir għall-fatt li hemm il-biża li jagħmlu l-ħsara għal saħħiethom – dan peress li dawn it-tip ta’ xarbiet għandhom livell għoli ta’ zokkor u kafeina kif ukoll jistgħu iwaslu sabiex tiżdied ir-rata ta’ obeżita’ u jikkawżaw problemi oħra tas-saħħa.