Il-Gvern Brittaniku kkonferma li l-Ingilterra se tkun qed tipprojbixxi platti, pożati u trays tal-plastik, iżda għadu mhux ċar meta din il-projbizzjoni se tidħol fis-seħħ.
L-Ingilterra se tkun qed timxi fuq l-istess passi – biex jonqos l-użu tal-platik – li diġà ttieħdu fl-Iskozja u Wales,
Il-Ministru għall-Ambjent Brittanika, Thérèse Coffey qalet li l-gvern se jkun qed jagħmel dan il-pass biex jipproteġi l-ambjent. Fil-fatt, ċifri maħruġa mill-gvern jixhdu li fl-Ingilterra jintremew aktar minn erba’ biljun pożati tal-plastik f’sena.
L-ambjentalisti laqgħu din it-tħabbira iżda appellaw għal strateġija aktar wiesa’ biex jitnaqqas l-użu tal-plastik ta’ darba. L-iskart tal-plastik ħafna drabi ma jiddekomponix u jdum fil-miżbla għal għexieren ta’ snin.