Il-EuroCourse ta’ din is-sena ġie organizzat miż-ŻAK, organizazzjoni li hija membru fi ħdan il-FIMCAP li hija familja ta’ żgħazagħ attivi ta’ movimenti kattoliċi ta’ għaqdiet parrokkjali . F’dan l-avveniment kien hemm 24 parteċipant minn pajjiżi madwar l-Ewropa li jinkludu lil Malta, il-Ġermanja, il-Katalonja, il-Litwanja, il-Belġju, id-Danimarka, ir-Rumanija u l-iSlovakkja. Il-kors tat-taħriġ kien jismu ‘Head in the Cloud’ u iffoka fuq it-tema tal-litteriżmu fil-midja u l-ħsieb kritiku. Iż-żgħażagħ l-opportunita` jqattgħu 5 tijiem ġewwa ż-ŻAK House f’Birkirkara bejn il-31 ta’ Jannar u l-4 ta’ Frar 2018.
F’dawn il-jiem, iż-żgħażagħ iddiskutew kif il-midja tinfluwenzana, l-eċċess ta’ informazzjoni li qed nkunu bbumbardjati bih u kif nistgħu nkunu kritika aħjar ta’ din l-informazzjoni. Il-workshops kienu ffaċilitati minn professjonisti fil-qasam. Tgħallmu wkoll dwar l-influwenza li l-midja għandha fuq in-nies permezz tat-tqegħid tal-prodott u l-irwol tar-reklamar fis-soċjeta`. Fehemhu wkoll l-importanza ta’ sorsi affidabbli u kif nistgħu niddistingwixxu aħbarijiet foloz minn dawk vera. Esploraw ukoll l-isfond tal-ġurnaliżmu u l-konnessjoni tiegħu mal-midja soċjali. Dan kien permessibbli bis-saħħa tal-programm Erasmus+