Informazzjoni ppubblikata minn Istitut Żvizzeru għar-Riċerka dwar il-Paċi, turi kif l-infiq fuq id-difiża u s-sigurtà madwar l-Ewropa żdied b’sittax fil-mija f’sena, bejn l-elfejn u tnejn u għoxrin u s-sena li għaddiet.
Il-Polonja waħedha, aktar milli rdoppjat il-baġit għall-armi tagħha mill-elfejn u erbatax ’l hawn.
Ir-rapport ta’ dan l-Istitut juri kif l-infiq militari fl-Ewropa Ċentrali u tal-Punent illum hu ogħla minn kemm intefaq fl-aħħar sena tal-Gwerra Bierda.
L-ispiża tal-Ewropa fuq il-militar tul is-sena li għaddiet, laħħqet il-ħames mija u tnejn u ħamsin biljun ewro.