L-infermieri fiċ-ċentri tas-saħħa se jkomplu jipprovdu s-servizzi tagħhom fiċ-ċentri tas-saħħa, minkejja d-direttivi mill-Assoċjazzjoni Medika Maltija, il-MAM, li se jidħlu fis-seħħ din il-ġimgħa.
Il-MAM qalet li t-tobba fi ħdanha mhux se jkunu qed jaħdmu fl-istess ċentri minn għada u kull nhar ta’ Tlieta u Ġimgħa, ħlief fil-polikliniċi tal-Mosta, il-Furjana, Raħal Ġdid u Għawdex.
Minkejja dan, il-Unjin tal-Infermieri u l-Qwiebel, l-MUMN, qalet li l-membri tagħha xorta se jibqgħu joffru s-servizzi b’mod normali lill-pazjenti fiċ-ċentri kollha.
Sadanittant, f’kummenti lit-Times, il-Ministru għas-Saħħa, Jo Etienne Abela, qal li d-dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei jinsab lest biex ikompli bil-ħidma sħiħa tiegħu, minkejja l-azzjonijiet tal-MAM maħsubin biss biex ikexxlu ħidmet il-Gvern.