Dan wara sensiela ta’ negozjati bejn il-gvern Malti, rappreżentat minn Projects Malta, l-awtoritajiet tas-saħħa u l-konsorzju privat.
Il-ftehim dwar il-konċessjoni ta’ servizz kien iffirmat f’Novembru li għadda, filwaqt dak dwar il-proprjetà kien iffirmat f’Marzu.
Biex hekk fl-aħħar ġimgħat kienet għaddejja d-diskussjoni dwar kif se jiżviluppa l-proġett u kif se ssir it-tranżizzjoni biex Vitals Global Healthcare tibda tamministra l-binjiet ta’ l-isptar San Luqa, Karin Grech u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Bħala parti mit-titjieb bil-qasam tas-saħħa, qed isir ukoll ftehim ma’ Harvard biex jingħataw pariri lill-management tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Il-pariri se jingħataw dwar l-imaniġġjar tal-isptar, it-taħriġ tal-ħaddiema u anke l-użu tal-apparat mediku.
Dan kollu se jkun qed jikkontribwixxi lejn sptar li jkun aqwa minn Mater Dei, hekk kif l-għan ta’ dan il-ftehim huwa li Għawdex ikun rikonoxxut bħala wieħed mill-aqwa sptarijiet fid-dinja bl-aqwa standards.