Il-125 infermiera ġodda fil-qasam tas-saħħa se jibdew minn nhar it-Tnejn li ġej.
Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa ikkonferma li l-isptar Mater Dei dejjem żamm it-taqsima tal-emerġenza fil-prijorità li jixraqlu dan id-dipartiment, tant li fl-aħħar sentejn żdiedu kemm tobba u infermiera sabiex ix-xogħol ikun imqassam aħjar.
Ma’ dawn hemm ukoll sistemi ta’ informatika li qed jgħinu lill-istaff tal-emerġenza sabiex ikun hemm kontroll aħjar fil-kura li tingħata lill-pazjenti f’ħinijiet li huma ferm iqsar minn dak li kien hemm qabel. Fil-fatt, illum pazjent qed jinqgħeda fl-emerġenza f’ħin ta’ inqas minn erba’ sigħat f’85% tal-kazijiet.
Ittieħdu inizjattivi oħra, fosthom id-deployment ta’ ambulanzi fil-Mosta u f’Raħal Ġdid, kif ukoll il-ftuħ ta’ taqsima ddedikata għall-emerġenza tat-tfal.
Intant il-Ministeru għas-Saħħa diġà ftiehem li jpoġġi madwar il-mejda tad-diskussjoni mal-MUMN f’laqgħa li se ssir nhar it-Tnejn 3 t’Ottubru 2016.