L-industrija tal-kostruzzjoni, għandha tkompli tevolvi, sabiex tgħożż aktar is-sostenibilità u s-sigurtà tal-ħaddiema.
Qal dan il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, Stefan Zrinzo Azzopardi, waqt il-laqgħa ġenerali annwali, tal-Kamra tal-Immaniġjar għall-Kostruzzjoni.
Qal, “Flimkien ma’ din il-Kamra, qegħdin nitkellmu dwar il-bidliet li qegħdin nagħmlu bħala Gvern, fis-settur tal-kostruzzjoni, kif qegħdin ngħollu l-livell mis-settur, inbiddlu r-regolamenti, kif ukoll il-kontribut li qiegħda tagħti din il-kamra, kemm bħala taħriġ għal membri tagħha, kif ukoll, il-kontribut fuq livell nazzjonali.”
Il-Ministru Zrinzo Azzopardi aċċenna wkoll għall-kariga ta’ project supervisor, li waslet fl-aħħar stadji, sabiex tkompli tissaħħaħ, u twassal għal aktar sigurtà, l-importanza tal-kompetenza u d-data, u l-bidla fir-reġistrazzjoni tal-makkinarju.
F’din il-laqgħa, tkellem ukoll il-President tal-Kamra, Jesmond Chetcuti.
Stqarr, “Il-membri tal-Kunsill, kollha taw ir-rendikont tagħhom fuq l-attività speċifika fis-settur tagħhom, fis-settur tal-edukazzjoni, is-settur tal-membership, u l-magazine li huwa wieħed mill-aktar portals li jwassal il-messaġġ tagħna.”