L-Indja pprojbixxiet kull esportazzjoni tal-qamħ fost il-biża’ ta’ nuqqas ta’ din il-komodità. Din il-projbizzjoni qed issir minkejja li l-Indja kienet wegħdet li se żżid l-esportazzjoni biex tkun tista’ tleħħaq mad-domanda globali.
Din l-aħbar qed issegwi l-fatt li l-Ukrajna, li tesporta l-akbar amont ta’ qamħ fid-dinja, ma tistax tibqa’ tisspulixxi minħabba l-invażjoni Russa.
L-Ukrajna flimkien mal-Indja jfornu l-qamħ lil madwar terz tal-pajjiżi fid-dinja.
Aktar kmieni din is-sena l-Indja kienet qalet li se tkun qed iżżid l-esportazzjoni tal-qamħ, madanakollu, l-inflazzjoni fil-prezzijiet flimkien mat-temperaturi għoljin, qed iwasslu għal nuqqas ta’ qamħ.
L-Indja qalet ukoll li l-ewwel se tieħu ħsieb li jkun hemm provvista biżejjed għal niesha qabel tesporta l-qamħ lill-kumpalment tad-dinja.